Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ta’ bilhaqq, kien kuncert memorabbli li ghal darb’ohra wera l-hila u l-versatilita’ ta’ din il-Banda kbira taghna, Banda li dejjem gharrfet l-importanza shiha fit-tkattir muzikali gewwa pajjizna.  Dan jawgura gejjieni sabih kemm ghall-Banda kif ukoll ghas-Socjeta’ L-Unjoni.


N. Zammit

Ghal darb’ohra il-Banda L-Unjoni zammet l-appuntament annwali taghha biex fil-festa titulari ta’ din is-sena tipprezenta kuncert mill-aqwa li jolqot il-gosti ta’ kulhadd.  Fil-fatt hekk kien ta’ bilhaqq ghax l-ghazla muzikali ta’ din is-sena kienet wahda varjata ferm, waqt li l-muzika kollha giet esegwita b’tant hila u ezattezza mill-muzicisti kollha taht it-tmexxija tas-surmast John D. Zammit.  Jixhdu dan huma l-folla kbira prezenta ghal dan il-kuncert fi Pjazza Sant’Andrija, f’atmofera ta’ festa sabiha u kompluta b’kollox.  Dan li gej kien il-programm esegwit mill-Banda L-Unjoni

IL-PROGRAMM MUZIKALI MILL-BANDA L-UNJONI

Fl-okkazjoni tal-Festa Titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu

Fuq il-Plancier Artistiku fi Pjazza Sant’Andrija, Hal Luqa nhar il-Hamis 4 ta’ Lulju, 2013



Innu Marc lil Sant’Andrija Appostlu     Gaetano Grech

Au jardin d’une pagode Chinoise       A.W. Ketelbey

1913 – Fanfare & Theme                     Neil Zammit

Hooked on Classics                            Arr. by J.H. Burden

The Power of Love                             W.Detman / G. Mende / J. Rush / M. Applegate

In the Fast Lane                                 R. Ramskill           Arr. by Norbert Camilleri

Minnie the Moocher                            C. Calloway / I. Mills / C. Gaskill

Lightning Fire                                      M. Saurer

Tragedy                                              A. Bard / A. Hansson / F. Kempe Arr. by John D

Rock Your Blues Away                         G. Noris

Evergreen –                                        Boney M  Arr. by John D. Zammit

Innu lill-Banda L-Unjoni                       Joseph Abela Scolaro

Ta’ min jirrimarka illi l-kanzunetta Tragedy giet interpretata mill-kantanta zghazugha Federica Falzon, li paxxiet lil dawk kollha prezenti bil-vuci impekkabbli taghha minkejja l-eta’ zghira ta’ disa snin.  Is-sehem ta’ din il-kantanta isegwi d-debutt taghha mal-imsemmija Banda nhar il-Gimgha l-Kbira f’April li ghadda, fejn kantat flimkien mal-banda zewg innijiet sagri waqt il-hrug tal-purcissjoni solenni.