L-Unjoni Philarmonic Society AD 1880

Wara l-impenji numerużi tal-banda L-Unjoni matul is-sajf li għadda, l-Erbgha14 ta' Settembru reġgħu bdew isiru l-kunċerti bi preparazzjoni għall-Kunċert Annwali li jittella' fit-Teatru Metanoia f`Hal Luqa, liema kincert ilu jsir issa konsistentament sa mis-sena 1983.

Għall-banda tagħna dan il-kunċert huwa wieħed importanti ħafna fil-kalendarju tal-attivitajiet mużikali. Għalhekk bdew it-tħejjijiet biex meta naslu għad-data tal-Kunċert Annwali, il-banda tkun tista' ttella' programm tal-għola livell, kif dejjem sar fil-passat. Il-preparazzjoni għal dan il-Kunċert Annwali qiegħda f'idejn is-Surmast John D.Zammit.

Attrazzjoni principali fil-kuncert ta` din is-sena ser ikun l-involviment ta` kantant popolari f pajjizna li ser jinterpreta mal-banda whud mill-kanzunetti popolari tieghu.


 

 

Kuncert Annwali 2012
Marcia Turka                   Wolfgang Amadeus Mozart
Capriccio Italien               Peter Illic Tschaikowsky            Arr. Frank Winterbottom
Ballet Music from Faust   Charles Gounod
Italian Holiday                  Medley of Italian Songs             Arr. R.Beck
   ------------------------- Intervall ------------------------------------------
Sunday Afternoon             Norbert Camilleri
A Carribean Cameo          T.L.Sharpe
Final Countdown               John Tempest                           Arr. John Moss
Sempre Viva                      Freddie Portelli                         Arr. John David Zammit