Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Xogholijiet ta’ Restawr ta’ Standardi u Bandalori Antiki


Matul din is-sena beda progett ta’ restawr fuq id-diversi bnadar u standardi li matul iz-zmien gew regalati lil Banda L-Unjoni. Bi pjacir inhabbru li l-ewwel standard li ntbaghat ghar-restawr f’Jannar li ghadda tlesta. Dan kien l-ewwel standard li kien jakkumpanja lil Banda L-Unjoni u juri zewg idejn maghqudin flimkien, go skudett imzejjen b’kavallier u skroll bil-kitba ‘L’Unione Vincitrice’. Dan l-istandard gie restawrat b’mod professjonali mid-ditta Recoop u gie kkonservat b’mod li jista’ jibqa’ jitgawda mill-generazzjoni ta’ warajna. Ta’ min jghid li dan il-progett gie ffinanzjat bl-ghajnuna tal-Good Causes Fund.


Bil-hsieb li nkomplu b’dan ir-restawr, bis-sahha ta’ skema li harget mill-Kunsill Malti Ghall-Arti bil-koperazzjoni tal-Ghaqda Kazini tal-Banda, f’Gunju li ghadda applikajna ghall-fondi sabiex tigi restawrata bandalora ohra li tinsab fi stat hazin hafna. Din il-bandalora ggib id-data 1897 u giet regalata lil Banda bhala apprezzament tas-sehem taghha fil-festi li kkomemoraw is-sittin sena mill-inkurunazzjoni tar-Regina Vittorja, liema celebrazzjonijiet kienu saru fil-Belt Valletta. Din il-bandalora turi l-Union Jack fuq sfond abjad u ahmar u bil-kliem ‘Queen Victora, Empress, 1937 – 1897’. Bi pjacir naghidu li l-applikazzjoni taghna ntlaqghat u x-xoghol ghandu jibda fil-qrib. Ir-restawr ghal-darb’ohra gie fdat f’idejn ir-restawraturi tad-ditta ReCoop.


Matul dawn il-jiem ghandu jibda wkoll ix-xoghol fuq cabinet mahduma apposta sabiex dawn l-istandardi u bandalori jigu merfugha minghajr ma ssirilhom l-ebda hsara. Meta dan il-progett jitlesta ser ikollna bicca ghamara ohra tassew sabiha li tkompli issebbah s-sala principali tal-Kazin taghna.