Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Esebizzjoni Marjana…


Fl-okkażjoni tal-ghoxrin anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri (1997-2017) fi ħdan is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Hal Luqa, ser tigi organizzata Esebizzjoni Marjana bl-isem Mater Admirabillis bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 t’Ottubru fis-sede tal-istess Soċjeta’, f’Palazz Sant’Andrija.


Din il-wirja se tkun qiegħdha titgħella għall-ewwel darba fir-raħal ta’ Ħal Luqa, propju għall-festi tal-Madonna taċ-Ċintura u dik tar-Rużarju. Ser ikun hemm esebiti numru ta’ xogħolijiet artistiċi b’tema marjana, fosthom pitturi u statwi ta’ artisti magħrufa sew fix-xena lokali , fosthom xogħlijiet ta’ Lecce , Guiseppe Cali, Paolo Camilleri Cauchi u oħrajn. Apparti hekk ġew mistiedna soċjetajiet u għaqdiet Mużikali li jiċċelebraw festi Marjani biex jieħdu sehem f’din l-esebizzjoni permezz ta’ standard jew bandalora tas-Soċjeta’ tagħhom li ġġib l-istemma jew xbieha tal-Verġni Marija (taħt kull titlu).


Għal iktar dettalji tistgħu żżuru il-paġna tal-Facebook ta’ l-istess sezzjoni :-

Sezzjoni Żgħażagħ Ajklieri A.D. 1997


Filwaqt li nirringrazzjaw lil kull min se jieħu sehem , nisperaw li tgħatu l-appoġġ tagħkom billi żżuru din il-wirja .

Grazzi lil kulħadd.


Andre’ Farrugia