Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ghaxar Snin mir-Rebh tal-Ewwel Edizzjoni tal-

FESTIVAL NAZZJONALI TAN-NAR TAL-ART



Neil Zammit



Din is-sena jahbat gheluq l-ghaxar anniversarju mir-rebh tal-Ewwel Edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art li sar fuq il-Fosos tal-Floriana nhar is-Sibt 21 t’April, 2007.  F'dan il-festival kienu hadu sehem erbatax-il kamra tan-nar, fosthom dik tas-Socjeta’ taghna, u l-gurija kienet maghmula minn piroteknici internazzjonali mill-Ingilterra, Spanja u l-Isvezja.


Kienet tassew ferha kbira u mhux mistennija meta griet l-ahbar li l-Ewwel Edizzjoni tal-Festival tan-Nar tal-Art giet mirbuha mill-Kamra tan-Nar Sant’Andrija fi hdan is-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni ta’ Hal Luqa.  Ir-rizultat thabbar il-Hadd 22 ta’ April mill-organizzaturi tal-festival fil-prezenza tas-Sindku tal-Furjana u l-gurija kollha li hadet sehem.  Fil-fatt, il-Kamra tan-Nar Sant’ Andrija rebhet il-kategoriji ghall-ahjar mekkanizmu u dik ghall-ahjar prodotti, kif ukoll giet iddikjarata bhala rebbieha assoluta ta’ dan il-festival.  Dan kien ta’ sodisfazzjon kbir ghall-membri u l-partitarji tas-Socjeta’ ghaliex b’hekk, inkitbet pagna ohra tad-deheb fl-istorja tas-Socjeta’ taghna.   


Ghal gimghat shah, il-membri tal-Kamra tan-Nar hadmu lkoll id f’id sabiex jirraprezentaw lis-Socjeta’ bl-ahjar mod possibli.  Dan ix-xoghol sar kollu volontarjament b’dedikazzjoni liema bhalha.  L-imhuh principali wara dan is-success miksub kienu Kevin Camilleri u Lino Ciappara, li flimkien ma’ Karmnu Spiteri (dak iz-zmien Licencee) u l-membri l-ohra tal-Kamra tan-Nar hadmu ghal dan is-success kbir miksub ghall-ewwel darba f’pajjizna.  Zgur li ghandna nhossuna kburin b’dak kollhu li twettaq ghaliex b’hekk ghollejna dejjem aktar isem is-Socjeta’ taghna, isem rahalna u l-manifattura tal-piroteknika f’pajjizna.  


Ic-celebrazzjoni li saret f’Hal Luqa wara dan ir-rizultat miksubli tibqa’ wahda memorabbli.  Il-Kumitat tas-Socjeta’ ha hsieb jorganizza marc brijuz nhar il-Hadd 29 t’April bis-sehem tal-Banda L-Unjoni.  Il-marc beda ghall-habta tad-9.30 a.m. u ghadda minn diversi toroq tal-lokal sakemm spicca quddiem il-Kazin tas-Socjeta’ fi Triq Sant’Andrija.  Ftit tal-jiem wara, giet organizzata ikla kbira fi Triq Sant’Andrija mill-membri tal-Kamra tan-Nar, fejn ghaliha attendew diversi membri u partitarji tas-Socjeta’.


Bix-xieraq illi f’ghelqu l-ghaxar snin minn din ir-rebha, nifirhu mill-gdid lil membri tal-Kamra tan-Nar li rnexxielhom jiksbu dan l-unur prestigjuz ghall-ewwel darba f’pajjizna.  Zgur li huma kburin b’dak li ghamlu ghas-Socjeta’, u ahna bhala membri ta’ l-istess Socjeta’ fid-dmir li pubblikament nghidulhom prosit u grazzi!  Dan is-success jaghmel unur lis-Socjeta’ L-Unjoni u l-Kamra tan-Nar Sant’Andrija, waqt li tkompli timla lill-membri fi hdanha bil-kuragg sabiex inkomplu nkabbru isem is-Socjeta’ tant ghaziza ghalina.  


Viva L-Unjoni Rebbieha

Viva l-Kamra tan-Nar Sant’Andrija