Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Il-Festa Liturgika  ta’ Sant’Andrija … Success!

Wara nuqqas ta’ bosta snin, il-banda tal-Filarmonika L’Unione regghet hadet l-inizjattiva biex fil-jum tant sabih tat-30 ta’ Novembru, meta l-knejjes kattolici  kollha jiccelebraw il-festa ta’ Sant’Andrija Appostlu, taghmel marc brijuz mat-toroq ewlenin tal-parrocca.  Din l-idea intlaqghet tajjeb hafna fost il-membri u l-partitarji, li minkejja l-ftit tal-kesha li ghamlet, hargu jduru jakkumpanjaw il-Banda waqt li daqqet marci popolari.  


M’ghandniex xi nghidu aktar, hlief li l-festa liturgika ta’ din is-sena kienet success minn kull lat; knisja armata kif jixraq ghas-solennita’, grazzi ghall-Grupp tal-Armar li jahdem sena shiha bla heda b’mod volontarju u mill-qalb; funzjonijiet solenni kif jixraq kemm lejlet il-festa bit-transulazzjoni kif ukoll nhar il-festa bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-Coro Bel Canto rispettivament; armar tal-pjazza ewlenija bil-bandalori l-antiki tal-appostli u l-fustun, grazzi ghall-membri tas-Sezzjoni Armar fi hdan is-Socjeta’ taghna; u fl-ahhar u mhux l-anqas il-Banda li ferrhet lill-poplu Halluqi f’din l-okkazjoni sabiha, grazzi ghal bandisti u ‘l dawk kollha li jahdmu ghaliha matul is-sena kollha.


L-appuntament taghna issa jerga’ jkun ghat-tlettin ta’ Novembru ta’ sena ohra … biex mill-gdid nergghu niccelebraw bil-kbir il-festa tat-titular!

  

Neil Zammit