Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

In Cruce Christi Gloriaris

Wirja ta’ Arti Sagra marbuta mal-Festa Liturgika ta’ Sant’Andrija Appostlu



Fl-okkazjoni tal-ghoxrin anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Zghazagh Ajklieri (1997 – 2017) fi hdan il-Filarmonika L’Unione, giet organizzata esebizzjoni ta’ arti sagra b’konnessjoni mal-festa liturgika ta’ Sant’Andrija Appostlu li tigi ccelebrata nhar it-30 ta’ Novembru.  Din il-wirja giet imtella’ f’wahda mis-swali principali tal-Kazin u fiha kien hemm esebiti ghadd gmielu ta’ opri tal-arti, ilkoll bit-tema Andreana.  Fost l-esebiti kien hemm xoghlijiet ta’ Paolo Camilleri Cauchi, Alfred Camilleri Cauchi, Vincenzo Cardona, Marco Ferrigno, Ferdinand Stuflesser, Publio Magro, Manuel Farrugia, Mariorick Mifsud, Abner Cassar, Darren Spiteri u artisti lokali ohra.       

Il-wirja giet inawgurata ufficjalment nhar is-Sibt 26 ta’ Novembru mill-President tas-Socjeta’ s-Sur Joseph Piscopo u mbierka mill-Wisq Rev. Kappillan Dun Gordon Refalo.  Il-wirja baqghet miftuha ghall-pubbliku sal-Erbgha 30 ta’ Novembru, jum il-festa liturgika.  

Neil Zammit