Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Rekording ta’ Sett Marci Funebri 2016…


Nhar is-Sibt 22 t’Ottubru li ghadda il-Banda L’Unione kienet impenjata b’rekording ta’ sett marci funebri ghall-festi tal-Gimgha Mqaddsa 2017.  Kif habbarna aktar kmieni, matul dawn l-ahhar gimghat il-bandisti u s-surmast kienu lkoll impenjati bis-shih b’numru ta’ kuncerti bi thejjija ghal dan ir-rekording, li jinkludi fih uhud mill-isbah marci li nsibu fl-arkivji tas-Socjeta’ taghna.  

Dan ir-rekording sar gewwa s-sala tal-Iskola Primarja ta’ B’Bugia taht is-supervizjoni tas-sound engineer Vanni Farrugia.  Bhal issa ghaddej ix-xoghol ta’ editing biex ikun jista’ johrog il-prodott finali u b’hekk id-diska kompatta tkun tista’ tigi mniehdija ufficjalment fl-ewwel granet tar-Randan Imqaddes.