Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ringrazzjament mis-Sezzjoni Armar…


Is-Sezzjoni Armar fi hdan il-Filarmonika L-Unjoni tixtieq tirringrazzja lil dawk kollha li taw is-sehem taghhom biex il-festa ta’ din is-sena ad unur Sant’Andrija Appostlu regghet kienet ta’ success kbir minn kull lat.


Grazzi lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor taw l-ghajnuna taghhom biex seta’ jizzejjen ir-rahal bl-isbah armar tal-festa.  Grazzi lill-membri kollha tas-Sezzjoni Armar li hadmu u stinkaw kemm felhu biex seta’ jsir dan ix-xoghol kollu bil-galbu u minghajr hsara zejda.  

Radd il-hajr specjali lil Lawrence Cassar, Shaun u Floyd Cassar, Tano Spiteri u Andrew Sammut tal-ghajnuna taghhom kull meta kellna bzonn.


Bla dubju, din is-sena tibqa’ mfakkra ghall-inawgurazzjoni tal-ewwel fazi tal-progett tal-Martirju, liema progett ilu li nbeda aktar minn tlett snin ilu u issa wasal fil-fazi finali tieghu.  Zgur li x-xoghol li sar intlaqa’ tajjeb mill-membri u l-partitarji u minn dawk kollha li gew izuruna fil-jiem tal-festa.  Grazzi lil dawk kollha li hadmu l-aktar b’risq dan il-progett – Joe Aquilina, Henry Camilleri, Twanny Ellul, Andrew Aquilina, Clifford Micallef fost l-ohrajn.  Grazzi lil dawk kollha involuti fil-gbir tal-flus, specjalment lil Raymond Penza, Andrew Aquilina u Neil Zammit.  Grazzi lill-benefatturi kollha li taw is-sehem taghhom biex illum wasalna s’hawn u lil dawk kollha li ghenu fl-ahhar mumenti biex stajna inlestu l-ewwel fazi tal-pedestall fil-hin.  U bix-xieraq nghidu prosit lill-artisti Alfred u Aaron Camilleri Cauchi tal-opra sabiha li hadmulna biex tkompli ssebbah it-triq ewlenija tar-rahal imsemmija ghal qaddis patrun!  


Fuq kollox grazzi lil Alla u lil Sant’Andrija tal-ghajnuna li dejjem jaghtuna matul is-sena kollha biex inkunu nistghu nahdmu ghall-gid tal-komunita’.     

Viva Sant’Andrija

Viva s-Soc. Filar. L-Unjoni