Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Programm tal-Festi Solenni f’ġieħ

Sant’Andrija Appostlu

Patrun u Protettur Ewlieni ta’ Ħal Luqa

Il-Hadd 25 ta’ Gunju

Jum iz-Zghazagh

10:30am – Quddiesa specjali ghaz-Zghazagh fil-Knisja Parrokkjali.  Mistiedna z-zghazagh kollha b’ mod specjali iz-zghazagh tal-ghaqdiet religjuzi u l-ghaqdiet socjali.  Iqaddes ir-Rev. Dun Marco Portelli.

12:00pm – Tindaqq mota tat-thabbira tal-festa.  


It-Tnejn 26 ta’ Gunju – Hrug minn Nicca

Jum l-Ghaqdiet Religjuzi u Socjali

  

6:40pm - Ningabru hdejn l-Istatwa ta’ Sant’Andrija ta’ Wied il-Knejjes sabiex naghtu gieh lil missirijietna.  F’isem l-Ghaqdiet u s-Socjetajiet kollha tal-Parrocca, is-Sindku flimkien mal-Kappillan ipoggu kuruna tar-rand f’riglejn l-istatwa.  Wara jibda’ korteo li jghaddi minn Triq il-Karmnu sal-Knisja Parrokkjali.


7:00pm – Quddiesa Kantata mill-Wisq Rev. Kappillan Dun Gordon Refalo fil-Knisja Parrokkjali.  Fi tmiem il-quddiesa, titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas filwaqt li jsir il-hrug tal-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija minn nicca.


8:00pm – Il-Banda Sant’Andrija flimkien mal-komunita’ parrokkjali isellmu lil Sant’Andrija bl-Innu Popolari.



It-Tlieta 27 ta’ Gunju

Jum it-Tfal


6:30pm - Quddiesa ghat-tfal kollha tal-parrocca gewwa l-Knisja Parrokkjali, immexxija mir-Rev. Dun Nicholas Dimech, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija Assunta ta’ Hal Ghaxaq.  Wara tohrog purcissjoni bl-istatwa z-zghira ta’ Sant’Andrija li tghaddi minn Misrah Sant’Andrija, Misrah il-Knisja, Misrah Sant’Andrija u lura fil-Knisja.  Wara t-tfal kollha mistiedna sabiex imorru l-qasam tal-MUSEUM fejn ikun hemm loghob u attivitajiet ohra.  


L-Erbgha 28 ta’ Gunju – L-Ewwel Jum tat-Tridu

Jum  l-Emigranti


6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tal-Ewwel Tridu mmexxija mir-Rev. Dun Andrew Schembri, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija Assunta ta’ H’Attard.  Jaghmel l-omelija tat-Tridu ir-Rev. Dun Gorg Schembri, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija Assunta tal-Imgarr. Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.


Mistiedna specjali l-emigranti li jkunu fostna ghall-jiem tal-Festa.


Il-Hamis 29 ta’ Gunju – It-Tieni Jum tat-Tridu

Jum  il-Morda u l-Familja


9:30am - Celebrazzjoni ghall-morda li jinsabu d-dar u l-anzjani tal-Parrocca residenti f’San Vincenz de Paule.  Iqaddes ir-Rev. Patri Maurice Caruana M.S.S.P.


6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tat-Tieni Tridu mmexxija mir-Rev. Patri Dominic Cachia M.S.S.P.  Jaghmel l-omelija tat-Tridu ir-Rev. Dun Gorg Schembri, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija Assunta tal-Imgarr.  Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.

Mistiedna specjali l-familji u l-Koppji mizzewgin specjament dawk li qieghed jiccelebraw l-ghaxra, hamsa u ghoxrin, hamsin sena zwieg u dawk li zzewgu  matul din is-sena.

8:00pm - Prezentazzjoni lil Sant’Andrija tat-trabi li twiedu matul din is-sena, fejn nitolbu wkoll il-Barka fuq il-genituri taghhom biex jghinhom fit-trobbija ta’ wliedhom.


Il-Gimgha 30 ta’ Gunju – It-Tielet Jum tat-Tridu

Jum il-Vokazzjonijiet


5:00pm - Qrar.


6:30pm - Quddiesa Kantata Solenni tat-Tielet Tridu mmexxija mir-Rev. Patri Wig Saliba OFM Cap., ex-Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sant’Andrija App.  Issir ukoll il-vestizzjoni tal-Abbatini l-godda.  Jaghmel l-omelija tat-Tridu ir-Rev. Dun Gorg Schembri, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sidtna Marija Assunta tal-Imgarr.  Wara l-quddiesa tinghad il-Kurunella, jitkantaw l-Innu tal-Appostli u l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali.

Mistiedna specjali huma r-Religjuzi u dawk kollha li ghandhom sacerdoti, patrijiet jew sorijietli jigu minnhom.  


Is-Sibt 1 ta’ Lulju – Lejlet il-Festa


8:00am - Quddiesa ta’ Ringrazzjament.  Iqaddes ir-Rev. Dun Charles Cini, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Sant’Andrija App.  Wara jitkanta l-Innu ta’ Ringrazzjament, it-Te Deum.


8:30am - Qrar sal-10:30am.


5:00pm – Qrar.


6:00pm - Transulazzjoni Solenni tar-Relikwija ta’ Sant’Andrija Appostlu mill-Knisja tal-Madonna tal-Ftajjar ghall-Knisja Parrokkjali fejn isir il-Kant tal-Innu tal-Appostli u tal-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas.  Jiehdu sehem il-fratellanzi tal-parrocca, il-kleru u l-abbatini.  Wara jsir il-kant tal-Primi Vespri Solenni ta’ lejlet il-festa u Celebrazzjoni Ewkaristika.  Imexxi l-Wisq Rev. Kan. Dun Jesmond Manicaro, Delegat tal-Arcisqof ghall-Liturgija.


7:15pm - Quddiesa Solenni bl-omelija ta’ lejlet il-festa. Iqaddes il-Wisq Rev. Kan. Dun Robin Camilleri, Arcipriet tal-Bazilika ta’ Marija Bambina tal-Belt Senglea.


Il-Hadd 2 ta’ Lulju – Jum il-Festa

6:00am u fis-7:00am – Quddiesa.


8:30am - Koncelebrazzjoni Solenni tal-Festa mmexxija mill-Wisq Rev. Mons. Joseph Galea Curmi, Vigarju Generali.  Jinseg il-Panigierku r-Rev. Dun Brendon Gatt, Vigarju Gudizzjali Aggunt tat-Tribunal Ekklezjastiku.


11:00am - Quddiesa Kantata bl-omelija.


5:30pm – Quddiesa Kantata bl-omelija.


7:15pm - Titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tibda hierga l-Purcissjoni Solenni bl-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija Appostlu, Patrun ta’ Hal Luqa, immexxija mir-Rev. Dun Keith Scicluna, Vici Parroku tal-Parrocca ta’ Kristu Re’ ta’ Rahal Gdid.


10:30pm - Ningrabru fuq iz-zuntier biex nilqghu l-istatwa ta’ Sant’Andrija Appostlu lura fil-Knisja Parrokkjali. Mad-dhul taghha, titkanta l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas u tinghata l-Barka Sagramentali


Waqt il-jiem tat-Tridu Solenni, lejlet u nhar il-festa, il-quddies ta’ filghaxija jkun animat mill-Kor Parrokkjali, bis-sehem tal-organista John Fsadni taht id-direzzjoni ta’ Mro. Norbert Camilleri L.Mus. L.C.M., LVCM, Dip Sacred Music.  Jigu esegwiti l-Missa Sancti Andreae ta’ Norbert Camilleri, Missa Pro Europa ta’ Berthier u l-Missa de Angelis, kif ukoll l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas ta’ Fra Domenico Anastasi OSA u Dottor Paolo Nani.    

Lejlet u nhar il-festa tindaqq il-muzika tas-Surmastrijiet Ferdinando u Giuseppe Camilleri, Rev. Michael D’Amato u Neil Zammit.  Tigi esegwita l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas ta’ Ferdinando Camilleri, Dottor Paolo Nani u Fra Domenico Anastasi OSA.  Il-kor u l-orkestra jkunu taht id-direzzjoni ta’ Mro. Hermann Farrugia Franz, Maestro di Cappella, bis sehem tal-Coro Bel Canto u l-organista Mark Vassallo.

Ceremonjier waqt il-funzjonijiet kollha se jkun Bro Vince Axiaq OFM Cap., assistit minn Patrick Muxi.

_______________________________________________________________


Waqt il-jiem tat-Tridu Solenni, lejlet u nhar il-festa, il-quddies ta’ filghaxija jkun animat mill-Kor Parrokkjali, bis-sehem tal-organista John Fsadni taht id-direzzjoni ta’ Mro. Norbert Camilleri L.Mus. L.C.M., LVCM, Dip Sacred Music.  Jigu esegwiti l-Missa Sancti Andreae ta’ Norbert Camilleri, Missa Pro Europa ta’ Berthier u l-Missa de Angelis, kif ukoll l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas ta’ Fra Domenico Anastasi OSA u Dottor Paolo Nani.    

Lejlet u nhar il-festa tindaqq il-muzika tas-Surmastrijiet Ferdinando u Giuseppe Camilleri, Rev. Michael D’Amato u Neil Zammit.  Tigi esegwita l-Antifona Cum Pervenisset Beatus Andreas ta’ Ferdinando Camilleri, Dottor Paolo Nani u Fra Domenico Anastasi OSA.  Il-kor u l-orkestra jkunu taht id-direzzjoni ta’ Mro. Hermann Farrugia Franz, Maestro di Cappella, bis sehem tal-Coro Bel Canto u l-organista Mark Vassallo.

Ceremonjier waqt il-funzjonijiet kollha se jkun Bro Vince Axiaq OFM Cap., assistit minn Patrick Muxi.