Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Programm tal-Festi Esterni organizzati

mis-Soċjeta Filarmonika L-Unjoni

f’ġieħ

Sant’Andrija Appostlu


Il-Ġimgha 23 ta’ Ġunju

8.00pm  Ikla tradizzjonali tal-festa għall-membri, partitarji u l-familjari kollha fi Triq Sant’Andrija.


Il-Hadd 25 ta’ Ġunju

10.30am  Il-membri żgħażagħ u adoloxxenti tas-Soċjetà jattendu għal quddiesa speċjali ġewwa l-Knisja Parrokkjali.


It-Tnejn 26 ta’ Gunju

Hrug tal-Istatwa Titulari min-nicca

6.30pm   Il-Kumitat Centrali flimkien mal-membri tas-sezzjonijiet kollha tas-Socjetà jiehdu sehem f’korteo bis-sehem tal-Ghaqdiet kollha tal-parrocca u l-kleru li jibda minn quddiem l-istatwa ta’ Sant’Andrija fi Triq il-Karmnu u jispicca fil-Knisja Parrokkjali fejn issir il-quddiesa.


8.00pm  Hrug tal-istatwa ta’ Sant’Andrija min-nicca ghal fuq iz-zuntier tal-knisja.


It-Tlieta 27 ta’ Gunju

8.30pm  Riceviment moghti mill-Kumitat Centrali lill-mistednin distinti, Kleru, Kunsill Lokali, Ghaqdiet, membri, benefatturi, partitarji u hbieb tas-Socjeta’.


L-Erbgha 28 ta’ Gunju

L-Ewwel Jum tat-Tridu

8.30pm  Il-Banda Santa Katarina V.M. taz-Zurrieq, mistiedna tas-Socjetà Filarmonika L-Unjoni tibda marc minn quddiem il-kazin fi Triq Sant’Andrija u timxi ghall-Triq Sir Ugo Mifsud, Triq Gorg Zahra, Triq Censu de Candia, Triq G. Trigance , Triq il-Karmnu, Triq ir-Rixtellu, Triq Anton Falzon, Triq Valletta, Triq il-Habaq, Triq San Guzepp, Triq San Gorg , Triq Dun Pawl, Pjazza Sant’Andrija u jispicca quddiem il-Kazin fi Triq Sant Andrija


Il-Gimgha 30 ta’ Gunju

It-Tielet Jum tat-Tridu

8.30pm  Il-Banda L-Unjoni tesegwixxi programm muzikali fuq il-plancier artistiku fi Pjazza Sant’Andrija taht id-direzzjoni tas-Surmast John D. Zammit F.V.C.M.


10.15pm  Marc brijuz mill-Banda L-Unjoni li jibda minn quddiem il-kazin fi Triq Sant’Andrija u jimxi ghall-Pjazza Sant’Andrija, fejn issir l-inawgurazzjoni ta’ pavaljun gdid fil-bokka tal-istess pjazza.  Il-marc ikompli ghal Triq Dun Pawl, Triq San Gorg, Triq Sant’Andrija u jispicca fi Pjazza Sant’Andrija fejn isir it-tlugh tal-istatwa ta’ Sant’Andrija fuq il-pedestall taghha fost il-ferh tal-partitarji.    


Is-Sibt 1 ta’ Lulju

Lejlet il-Festa

8.15pm  Il-Banda L-Unjoni tibda l-marc popolari ta’ lejlet il-festa minn quddiem il-kazin fi Triq Sant’Andrija u timxi ghall-Pjazza Sant’Andrija, Triq San Guzepp, Triq Santa Marija, Triq il-Gdida, Triq Dun Pawl, Triq San Gorg, Triq Sant’Andrija ghall-Pjazza Sant’Andrija fejn isir it-tlugh tant mistenni tal-istatwa tal-Anglu fuq il-pedestall tieghu fost il-ferh u l-briju tal-partitarji.


Il-Hadd 2 ta’ Lulju

Jum il-Festa

8.30am  Il-Kumitat Centrali u rapprezentanti mis-sezzjonijiet tas-Socjeta’ jattendu ghall-Koncelebrazzjoni Solenni tal-festa fil-Knisja Parrokkjali.


6.00pm Il-Banda 12th May ta’ Haz-Zebbug, mistiedna tas-Socjeta’ Filarmonika L-Unjoni, tibda’ marc minn quddiem il-kazin fi Triq Sant’Andrija u timxi ghall-Pjazza Sant’Andrija, Triq San Guzepp, Triq San Gorg, Triq Sant’Andrija u jintemm fi Pjazza Sant’Andrija.


7.30pm Il-Banda 12th May, minn fuq il-plancier fi Pjazza Sant’Andrija tilqa’ l-istatwa titulari ta’ Sant’Andrija fil-hrug taggha mill-knisja ghall-purcissjoni bid-daqq tal-innijiet ta’ Mro. Gaetano Grech u Mro. Angelo Pace bis-sehem tal-Coro Bel Canto.  Wara, l-istess banda tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz.  Wara l-istess banda tkompli l-programm muzikali taghha.


10.00pm Il-Banda 12th May issellem lil Sant’Andrija hekk kif jasal fil-pjazza ewlenija bid-daqq tal-Inno Sant’Andrea, kompozizzjoni tas-Surmast Orlando Crescimanno (1912), bis-sehem tal-Coro Bel Canto u t-tenur Charles Vincenti.


10.30pm  Il-Banda 12th May issellem lil Sant’Andrija bl-ahhar innijiet fid-dhul tal-purcissjoni lura fil-Knisja Parrokkjali.

  

Mad-dhul tal-purcissjoni, il-Kumitat Centrali flimkien mar-rapprezentanti tal-membri tas-Saint Andrew’s Fireworks Factory u s-sezzjonijiet l-ohra jidhlu l-knisja sabiex mal-Kappillan u l-poplu prezenti jroddu hajr lil Alla u lil Sant’Andrija wara li l-festa tkun intemmet b’wicc il-gid.


11.15pm Il-Banda L-Unjoni taghlaq il-festa bil-Marc tan-Nar tul Triq Sant’Andrija.