Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Seminar dwar l-Izvilupp tal-Muzika Sagra matul is-Sekli organizzat mis-Socjeta’ Filarmonika L’Unione ta’ Hal Luqa u tniedija ta’ CD Marci Funebri
Il-Gimgha 10 ta’ Marzu, 2017
Bhala parti mill-preparazzjonijiet ghall-Kuncert ta’ Muzika Sagra ‘Tristis Est Anima Mea’ li ser jittella’ nhar l-1 t’April li gej gewwa t-Tempju Andrean, il-Filarmonika L’Unione hadet hsieb torganizza seminar li tratta l-izvilupp tal-muzika sagra sa’ mill-ibghad sekli ghaz-zminijiet ta’ llum. Il-kelliema principali kienu il-Prof. Charles Zammit, John D. Zammit, Norbert Camilleri u Hermann Farrugia Franz.
Wara, il-President is-Sur Joseph Piscopo ghamel kelmtejn tal-okkazjoni u niehda ufficjalment ic-CD ta’ Marci Funebri li s-Socjeta’ L’Unione qed tohrog fl-okkazjoni tal-Gimgha Mqaddsa ta’ din is-sena. Is-CD giet ufficjalment prezentata lill-kompozituri fi hdan il-banda taghna li rregalaw marci minn taghhom lis-Socjeta’ taghna, kif ukoll lis-Sinjura Fava ghan-nom tal-Familja Camilleri, is-Sinjura Tiziana Castillo ghan-nom tal-pittur il-Kav. Paolo Camilleri Cauchi, is-Sur Lino Abela Scolaro f’isem il-Familja Abela Scolaro kif ukoll lil Joe Chetcuti u Daniel Vella, prezentaturi fuq stazzjonijiet lokali.
L-attendenza ghal dan is-seminar kienet wahda tajba hafna.
Is-CD tista’ tinkiseb mis-sede tas-Socjeta’ L’Unione.