Share on Facebook Share on Twitter Share on Google Bookmarks Share on Delicious Share on Reddit Share via e-mail

Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends

All rights reserved by Banda Unjoni Luqa - Malta

L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880

Ftuh tas-Sala tal-Kuncerti 12 ta’ Dicembru 2016


Nhar it-12 ta’ Dicembru 2016 kienet gurnata importanti ghas-Socjeta’ taghna. Dan ghaliex fiha giet inawgurata ufficjalment is-sala tal-kuncerti tal-banda taghna. Mill-bini tal-kazin kollu din is-sala hi l-iktar wahda importanti ghas-Socjeta’ ghaliex fiha ta’ kull gimgha l-bandisti u l-istudenti li jitghallmu fis-Socjeta’ taghna jiltaqghu hawnhekk sabiex jaghmlu l-provi mehtiega.

L-investiment li sar f’din is-sala lahhaq l-eluf ta’ Ewro. Pero bis-sahha ta’ dan l-investiment nistghu niftahru li issa ser ikollna wahda mill-iktar swali professjonali u b’akustika tassew tajba. Barra li tjieb l-ħoss, issa s-sala hi mghammra wkoll bl-arja kundizzjonata sabiex din tkun tista tintuza bla problemi anke fil-granet shan tas-sajf. Barra minn hekk is-sala hi mghammra wkoll bir-raised flooring, f’kaz li jkun iridu jghaddu xi servizzi minn taht.

Mertu ewlieni ta’ dan l-investiment li ghamilna jmur lil Onor. Silvio Schembri li kien l-Project Leader sabiex stajna nibbenefikaw minn fondi Ewropej, li ammontaw ghall-70% tal-ispiza kollha. Mertu iehor iehor imur lis-Sur Lawrence Cassar li sponsorja l-ispiza tal-legiji u lis-Sur Andew Vassallo li sponsorja l-bieb tas-sala li hu kompletament sound proof. Minn naha l-ohra l-ispiza tas-siggijiet, li nxtraw fl-ahhar fazi tal-progett thallset mis-Socjeta’ b’ko-finanzjament tal-Agenzija Zghazagh. Il-hjata kollha saret mis-Sinjura Mary Callus li ghamlet ix-xoghol tal-hjata. Ringrazzjament partikolari jmur wkoll lil membri tal-Kumitat Clifford Micallef u Andrew Aquilina li kkordinaw il-progett mill-bidu sal-ahhar.

Bhala sinjal ta’ rispett din is-sala tal-banda giet iddedikata lil Professur Charles Zammit li ghal 31 sena shah kien is-Surmast Direttur tal-Banda taghna. B’dan il-gest isem Profs. Zammit ser jibqa’ mnizzel fl-iktar sala importanti fil-Kazin taghna sabiex nibqghu niftakru fl-impenn li kellu sabiex dejjem jgholli isem il-Banda taghna. Dan hu gest zghir imma sinjikattiv li juri l-apprezzament tas-Soċjeta’ taghna lejn dan is-Surmast li hadem minn qalbu kemm seta ghall-gid tal-banda taghna.