Site Developed and Manintained by Kevin Camilleri & Friends
L-Unjoni Philharmonic Society AD 1880
Kunċert f’Palazzo dei Normanni, f’Palermo
Is-Soċjeta’ Filarmonika L-Unjoni tirringrazzja lil E.T. Marie-Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, li stiednet lis-Soċjeta’ tagħna sabiex ittellgħa kunċert f’Palazzo dei Normanni, f’Palermo, bħala ġest ta’ ħbiberija kulturali bejn Malta u Sqallija, fl-okkażjoni tal-esebizzjoni dwar Santa Rosalia li qed issir fl-istess Belt. Matul din iż-żjara il-Kumitat u l-mużicisti tagħna kellhom l-opportunita’ li jiltaqgħu mas-Sindku ta’ Palermo Leoluca Orlando, fil-bini tal-Municipio, kif wkoll mal-President tal-Parlament Reġjonali Sqalli Gianfranco Micciché, fil-bini tal-Parlament. Żgur li din l-esperjenza kienet waħda speċjali għas-Soċjeta’ tagħna u għal dawk li ngħaqdu magħna matul dawn l-erbgħat ijiem. Grazzi speċjali tmur wkoll lis-Sur Joe Micallef u lis-Sinjura Rosette Fenech li kkordinaw il-loġistika taż-żjara.