


Laqgha Generali Annwali 2010
Il-Hadd 24 ta`
Jannar 2010 is-Socjeta` Filarmonika L-Unjoni zammet il-laqgha generali annwali
taghha. Il-laqgha li ghaliha attendew numru kbir ta` membri u bandisti bdiet
ftit wara d-9:30am u kienet indirizzata mill-ufficcjali tal-kumitat presedut
minn Dr.Noel Camilleri LL.D., President tas-Socjeta`. Prezenti ghall-laqgha kien
ukoll id-Direttur Spiritwali Fra Adriano J. Cachia ofm li propju fetah il-laqgha
b`talba u hsieb spiritwali qasir.
Il-Laqgha mbaghad kompliet b`diskors
qasir ta` ntroduzzjoni mill-President fejn irringrazzja lill dawk kollha
prezenti u fisser l-iskop tal-laqgha u wkoll il-procedura li se tigi adottata
tul l-istess laqgha u heggeg sabiex kulhadd jaghmel interventi f`waqthom sabiex
tikber u tisahhah diskussjoni serja. Imbaghad bdiet mixja l-agenda bil-qari
tal-minuti tal-laqgha generali annwali tas-sena li ghaddiet. Dawn inqraw
mis-Segretarju Eric Camilleri li wara gew unanimament approvati minn dawk kollha
prezenti.
Il-laqgha ssoktat bis-Segretarju ghall-darb` ohra jaqra
r-rapport amministrattiv. Dan kien rapport dettaljat b`rendikont preciz ta`
hidmet il-kumitat centrali u d-diversi sezzjonijiet tul l-2009. Is-Segretarju
tkellem ukoll u elenka il-hidma fuq il-banda, il-festa, laqghat ma`
l-awtoritajiet u ohrajn, stediniet u hidmiet ohra diversi.
It-tieni
rapport kien dak finanzjarju pprezentat mill-Kaxxier Melchior Portelli. Dan
ir-rapport li kien jinkludi lista ta` dhul u hrug tall-flus kollha kif ukoll
bilanc ta` ghadd ta` attivitajiet li gie maqsum f`dettal preciz fejn
jirrigwardaw il-finanzjament tal-banda, il-festa, ' day to day' tal-kazin u dhul
u hrug iehor. Ma naqasx ukoll li l-kaxxier jaghti rendikont ta` l-ispiza mahruga
s`issa ghall-embelliment li qed isir bhalissa fis-sular kollu t`isfel tal-kazin
u ' basement' il-gdid. Ukoll, dan ir-rapport bhall ta` qablu, gie approvat b`mod
unanimu mill-membri kollha. Xi punti mir-rapport tall-kaxxier u dak
tas-segretarju li nqara` aktar qabel kienu suggetti ghall-diskussjoni.
Id-diskussjoni tmexxiet mill-President Dr.Camilleri u kienet tinkludi
ghadd ta` interventi u mistoqsijiet minn diversi membri u bandisti. Din
id-diskussjoni li mxiet b`mod mill-aktar civili u fi spirtu pozittiv bil-mira
tkun, il-gid tas-Socjeta` L-Unjoni. Diversi kienu l-punti li tqajjmu u li kienu
jirriggwardaw il-banda, il-festa, finanzi tal-kazin, kostruzzjoni u materja ohra
relatata mat-tmexxija ta` socjeta` bhall taghna. Bhas-soltu ha sehem
fid-diskussjoni is-Surmast Direttur Dr.Charles Zammit.
Din
id-diskussjoni segwiet l-indirizz annwali mill-President Dr.Camilleri. Fost
l-ohrajn sahaq ghall-ghaqda fost il-membri kemm gewwa u anke` barra l-bini
tal-kazin u insista` ghad-dixxiplina u s-serjeta` li ghanda tintwera f`kull waqt
specjalment fil-granet tal-festa titulari. Ma naqasx ukol li jirringrazzja
mil-gdid lill membri kollha prezenti bi hgarhom ghall-laqgha u wkoll lill dawk
kollha minghajr distinzzjoni li matul is-sena jahdmu ghall-gid u ghall-qalb
tas-Socjeta` u l-Banda L-Unjoni.
Il-Kumitat


