Il-Voltu Santu, jew kif inhu maghruf ahjar il-maktur tal-Veronika,
bix-xbieha ta’ Gesù Redentur, jinsab fil-Vatikan, u jinkixef ghall-poplu nhar
il-Gimgha l-Kbira. Ilu jinsab f’Ruma minn zmien wisq antik.
L-istorja tghid li l-Papa Gwanni VIII, fis-sena 705, kien qieghdu f’relikwarju
sabih.
Is-Salib, kif kitbu xi awturi kien gholi 15-il pied, u tlett
bicciet minnu jinsabu f’Ruma. Fil- Knisja ta’ Santa Croce, imsejha ta’
Gerusalemm, tinsab l-iktar bicca mportanti minnu, li hi twila 160 millimetru,
filwaqt li l-aktar bicca kbira tinsab fil-Bazilika Vatikana u tinkixef
ghall-poplu nhar il-Gimgha l-Kbira. Din il-bicca mis-Salib, kienet
fil-belt ta’ Maastricht u giet irregalata lil Papa Gregorio XVI fl-1836.
Jinsabu bcejjec ohra fil-Vatikan u f’bosta knejjes ta’ l-Italja. Fi
Franza, fil-Knisja ta’ Notre Dame ta’ Parigi, tinsab bicca ohra fejn qieghda
f’relikwarju ta’ Baldovino. Jinsabu bcejjec fil-Germanja f’Linburgo,
Ragusa, Trevese, Donawerth, fi Skira u f’Ratisbona. Fl-Ingilterra tinsab
bicca ohra li kien hadha mieghu s-Sultan Rikkardu (imlaqqam Qalb ta’ Ljun), u
bicca ohra fix-xettru tar-rejiet reali Inglizi. Jinsabu bcejjec ohra
f’bosta bliet ta’ l-Ingilterra bhal ma huma Isleworth, Dowside, f’Bergott-est,
fi Plowden, f’York, f’West
Ir-relikwi tal-Passjoni, kif kull kattoliku ghandu jkun jaf, huma
is-Salib, l-Imsiemer, il-Kuruna tax-xewk, il-Kolonna, il-Porpra, il-Voltu,
il-Libsa ta’ Gesù, il-Qasba, l-Isponza, il-Lanza, il-Mejda tac-Cena u bosta
ohrajn li jippartjienu il-Passjoni ta’ Sidna Gesù Kristu.
Grinstead u f’San Gorg ta’ Soutwark. Fil-Belgju tinsab bicca
kbira u qieghed fil-Knisja ta’ S. Mikiel fi Bruxelles. Din kien hadha hemm
il-Konti Florent III ta’ l-Olanda, u fiha gholi ta’ 470 millimetru.
Fl-istess belt jinsabu bcejjec ohra f’bosta knejjes. Fl-Olanda tinsab
bicca zghira moghtija lilhom mill-Papa Pio IX, fis-sena 1862. Bicca ohra
tinstab fil-muzew ta’ Copenhagen fid-Danimarka. Fir-Russja tinstab bicca
f’Gatchina, hdejn Pietroburgo. Fil-Lvant jinsabu wkoll bcejjec, imqassmin
fuq il-muntanja ta’ Athos, f’cipru, u fil-Knisja ta’ S. Gakbu tat-Terra Santa.
L-imsiemer tal-Passjoni li huma erba’ u li kienu jdahhlu tnejn
minnhom fil-polz ta’ l-ikkundannat u mhux fil-pala ta’ l-id kif ipinguhom xi
artisti, jinsabu wiehed f’Ruma f’Santa Croce, iehor fi Trevese, iehor
f’Carpentras, u iehor qieghed fic-celebri Kuruna ta’ l-Italja li tinsab f’Monza.
L-ghuda li kien hemm fuq is-salib fejn kien hemm miktub: Jesus
Nazarchits Rex Juddeorum, tinsab f’Ruma, fil-Knisja ta’ Santa Croce u
ilha hemm mil-1492. Hi tal-ghuda u gholja 30 millimetri, bl-ittri miktuba
bl-iswed.
Il-Kuruna tax-xewk tinsab fil-Kattidral ta’ Parigi u giet
irregalata minn San Lwigi. Minnha insibu xewk niggiez li jinsab f’Pisa
fil-Knisja ta’ Santa Marija tax-Xewka, ohrajn f’Terraga (Spanja), ohrajn
f’Venezja, f’Bordeaux, Bruxelles, Autun, Solesmes, Tolsa u Milan.
Din ta’ l-ahhar kienet giet irregalata mill-Papa Pio IV lil San Carlo
Borrmeo neputi tal-Papa. Xewkiet ohra jinsabu f’Ruma f’Santa Croce, f’San
Bernardo u f’San Pietru l-Vatikan.
L-Imqaddes Lizar jinsab f’Torino fil-famuza kappella ddedikata
mis-Sovrani Sabandi lil din l-ghaziza relikwa, li kienet giet ittrasportata
b’ordni ta’ Emanuele Filiberto minn Chambery fis-sena 1563. Il-Lizar hu
twil 4 metri u hija haga ta’ l-ghageb kif it-tbajja tad-demm ghadhom jidhru
sal-lum.
Il-kolonna tal-flagelazzjoni, tinsab f’Ruma fil-Knisja ta’ Santa
Prassede, fejn kienet giet mehuda minn Costantinopoli fis-sena 1223
mill-Kardinal Giovanni Kolonna, id-delegat tal-Papa. Hija gholja 70
centimetru u 45 wiesa’ u hija ta’ l-irham li kien uzat f’dak iz-zmien
fil-Lvant.
Adrian
Mizzi
Referenzi
Malta Taghna , Is-Sibt 10 t’April
1909
L-Imqaddsa Lanza, hija maqsuma fi tnejn. Parti minnha kienet
irregalata lil San Lwigi ta’ Franza minn Baldovino fl-1213; u l-bicca l-ohra
baqghet f’Costantinopoli, sakemm is-Sultan Bajazet II, irregalaha lil Papa
Innoçenz VIII. Din ta’ l-ahhar llum tinsab ivvenerata fil-Vatikan ma’
relikwi ohra gheziez. Dik ta’ Parigi mis-sena 1793 ma nstabitx
izjed.
L-Imqaddsa Tazza (Kalci), li fiha Gesù ta l-inbid ikkonsagrat lil
Appostli waqt l-ahhar Cena giet mehuda mill-Genovizi fir-rebha ta’ Cesara
fis-sena 1101, fejn ghada tinsab ikkonservata f’Genova b’ghozza kbira.
Il-Mejda Imqaddsa, li fuqa Gesù ghamel din ic-cena hija ta’
l-injam tac-cedru u tinsab f’Ruma, f’San Giovanni Laterano.
Hawn Malta kellna relikwa wisq ghaziza u ta’ importanza, li
kienet fil-Kon Kattidral ta’ San Gwann, il-Belt Valletta. Din kienet
tikkonsisti f’Kaldaretta tal-metall fejn Sidna Gesù Kristu hasel riglejn
l-Appostlli. Minhabba l-biza’ li jisirquha t-Torok waqt l-Assedju l-Kbir,
kienu dewbuha u ghamluha f’forma ta’ salib ghal fuq l-artal fejn ghadu jidher sa
llum. F’diversi knejjes Parrokkjali madwar Malta u Ghawdex insibu diversi
relikwi relatati mal-Gimgha Mqaddsa. Fil-parocca ta’ Hal Luqa, fuq l-artal
ta’ l-agunija, insibu relikwija mis-Salib Imqaddes imqieghda f’relikwarju
tal-fidda antik.
Bhala Insara, ghandna nghozzu dawn ir-reliwi u nuzawhom bhala mezz
sabiex nersqu aktar qrib t’Alla waqt it-talb.