Ghat-tieni
sena konsekuttiva, Radju Sant’ Andrija qed jerga jxandar fl-okkazjoni tal-festa
titulari ta’ Sant’ Andrija. Dan ir-radju komunitarju ra l-bidu tieghu
propju s-sena li ghaddiet. Nistghu nghidu illi din l-idea kienet xi haga
ferm innovattiva. Fil-fatt, ir-radju kiseb success kbir u kienu bosta dawk
illi taw l-appogg taghhom sabiex dan jerga jxandar fil-festa ta’ din
is-sena.
L-ewwel xandira diretta ghal din is-sena kienet nhar
is-Sibt 7 ta’ Gunju, festa pubblika, u mistenni li dawn ix-xandiriet ikomplu
minn zmien ghal zmien sa kemm tasal il-gimgha tal-festa propja. Mit-Tnejn
30 ta’ Gunju sal-Hadd 6 ta’ Lulju, ir-radju ser ixandar skeda shiha ta’
programmi u kollegamenti mill-Knisja Parrokkjali u mill-Pjazza ewlenija
tar-rahal fejn il-Banda taghna L’Unione tkun qed tferreh lill-partitarji taghha
tul il-festa ad unur Sant’ Andrija.
Inheggu lill-partitarji
kollha sabiex jibghatu d-dediki taghhom u kummenti ohra fuq in-numru tal-sms
50613965
Fl-ahharnett, prosit lil dawk kollha involuti f’dan
ir-radju.
RADJU SANT’ ANDRIJA L-EWWEL u L-UNIKA RADJU
KOMUNITARJU F’HAL LUQA