‘L-Unjoni’ u l-bandisti taghha.

It-tradizzjoni ta’kull Belt u rahal gewwa pajjizna li jiccelebra l-festa tal-patrun tieghu hija msejsa fuq r-rabta li kull individwu jkollu jew kellu mal-belt jew rahal twelidu. Hija haga ferm sabiha u ta’inkoraggiment li tara l-festi minflok jickienu jizdiedu fl-attivitajiet li jigu organizzati b’rabta mall-festi taghna. Hafna xoghol li ssir sabeix ddawn il-festi jigu celebrati kif jixraq isir minn numru ta’nies li kollha jahdmu b’mod volontarju u hafna darbi barra li jaghmlu sieghat twal f’hidma kontinwa jikkontribixxu b’mod anke finanzjarju halli jaraw li l-festa tkun tixraq lill-paltrun ta’dik il-belt jew rahal taghhom.

Hekk ukoll naghmlu gewwa Hal-Luqa meta fl-ewwel Hadd ta’Lulju ta’kull sena niccelebraw il-festa tal-qaddies taghna Sant Andrija. Hija data li l-Hal-Luqin jistennew bil-herqa ghaliex jafu li dak huwa jum msejjes mhux biss fuq it-twemien taghna bhala nsara izda ukoll fit-tradizzjonijiet tar-rahal twelidna.  Ahna ghandna nkunu kburin li l-festi dedikati lill Sant Andrija jigu celebrati b’daqstant impenn. Madanakollu huwa ferm rilevanti fil-hajja taghna tal-lum li wiehed ma jaghrafx biss l-importanza tac-celebrazzjonijiet esterni li ssiru miz-zewg socjetajiet tal-banda li ghandna f’Hal-Luqa izda li jippartecipa anke f’dawk religjuzi li jiena nhoss li ghandhom importanza fundamentali jekk verament iridu niccelebraw il-festa ta’Sant Andrija kif jixraq. Nhoss li hemm bzonn li jkun hemm aktar element parteicpattiv fl-attivitajiet religuzi miz-zghazagh u mit-tfal taghna.

Il-festa hija perjodu fil-hajja ta’Hal-luqa li hafna jahdmu u jaghmlu dak li huwa mehtieg sabiex jgawduha u jbiddlu l-libsa li juzaw matul is-sena kollha u jilbsu dik tal-festa. Ghadek tara nies jisbhu l-faccati tad-djar taghhom ghaliex gejja l-festa, ohrajn jippreparaw ikliet ghall-familja kollha u ghall-mistednin li jkollhom, imsomma tara attivita kontinwa fir-rahal taghna.

Ahna l-Hal-Luqin ghandna nkunu kburin li f’Hal-Luqa ghandha zewg baned li issa ilhom mwaqqfa aktar minn 120 sena, bis-Socjeta Taghna, dina s-sena 2008, tkun qeghda taghlaq 128 sena ta’esistenza kontinwa bhala banda ewlenija u li minnha harget banda ohra. Dan ma ghandux jkun ta’misthija ghal hadd izda minflok iz-zewg (2) baned ghandhom jahdmu fl-interess ta’Hal-Luqa.

Huwa ta’sodisfazzjon li wara li fl-2005 is-Socjeta Filarmonika L-Unjoni ccelebrat l-125 anniversarju mill-fondazzjoni taghha, dina s-sena, t-tlett (3) snin wara l-kazin l-iehor qieghed jiccelebra l-istess anniversarju b’celebrazzjonijiet li ghandhom xebh ghal dawk il-festi li konna ghamilna tlett snin ilu. Hekk ghandu jkun ghaliex l-ezempju tajjeb ghandu jigi segwiet u dan ghal gid ta’kulhadd. Ahna dejjem aggixxejna b’serjeta u maturita u jekk ser nibqa naghmel diment li nibqa fit-tmexxija tas-Socjeta Filarmonika L-Unjoni. 

Il-hidma ta’kull socjeta hija mibnija fuq il-hidma ta’hafna volontarjat u fil-Kazin taghna bhal kazini ohra hemm nies li ilhom jaghtu s-sehem taghhom ghal-numru kbir ta’snin. Dina s-sena tnejn minn dawn il-persuni ser jkunu qeghdin jfakkru il-hamsin (50) sena bhala bandisti tal-Banda taghna u hawn qieghed nirreferi ghall Charlie Camilleri u Joe Faenza. Dawn it-tnejn huma ulied il-banda taghna u l-ezempju taghhom ghandu jservi sabiex titnehha darba ghal dejjem li fil-kazini taghna ma jkunx hemm persuni serji u tal-familja. Dawn iz-zewg irgiel dejjem taw s-sehem taghhom lejn I-Banda u kienu dejjem leali lejha bil-presenza u bil-partecipazzjoni taghhom fis-servizzi li l-Banda jkollha matul is-snin u anke bil-hidma ohra mhux biss b’risq il-Banda izda b’imhabba lejn is-Socjeta Taghna. Iz-zaghzagh taghna ghandhom jaghrfu u jitghallmu mill-ezempji ta’dawn it-tnejn li hadmu mhux biex juru kemm jafu izda biex jaraw lil-Banda tas-Socjeta Filarmonika L-Unjoni tkompli bil-hidma taghha.

Matul it-tnax il-xahar li ghaddew il-hidma tas-Socjeta Taghna ma waqfietx u wahda mill-avvenimenti kbar kienet meta regghet iggedded ir-rabta storika bejn is-Socjeta Filamronika l-Unjoni u l-familja Cremona li lahaq l-qofol tieghu meta l-Ecc.Tieghu l-Arcisqof Pawl Cremona flimkien mall-familja kollha tieghu laqghu l-istedina li kienet saritlu minna u gie fis-sede taghna biex jikxef il-bust ta’ Vincenzo Cremona u jaccetta l-nomina bhala President Onorarju tas-Socjeta. Kienet attivita memorabbli. Madanakollu x-xoghol kollu li sar mill-membri taghna ser jigi rifless fic-celebrazzjonijiet li ser jkollna fil-festa tal-patrun taghna Sant’Andrija. Hidma li dejjem saret bix-xoghol volontarju tal-membri taghna u bl-ghajnuna finanzjarja u materjali li jaghtuna hafna benefatturi u ammiratturi tal-Kazin. Lil dawn ghandna dejjem nuru l-apprezzament taghna ghax-xoghol kollu li ssir u l-ghajnuna kollha li tinghata. Jiena mill-qalb nghidilhom grazzi.

Dina s-sena, wara li tghaddi l-festa s-Socjeta ser tibda bil-hidma halli jigi rrangat l-arja tal-bar u l-paviment kollu ta’isfel halli nghatu dehra isbah lill-bini tal-kazin u l-ghajnuna ta’kulhadd hija apprezzata. Madanakollu r-ruh tas-Socjeta Taghna hija l-banda li hija mibnija madwar numru sabih ta’bandisti tal-post u ghandna lkoll kemm ahna nahdmu halli n-numru ta’allevi taghna jkompli jikber ghaliex dak huwa l-futur taghna. 

Naghlaq billi nirringrazzja lil shabi l-ufficjali u l-membri tal-Kumitat li flimkien maghhom hdimt b’mod appert b’ghan wiehed li nara l-kazin mixi l-quddiem b’mod dixxiplinat u serju. Ma nistax ma nghidx grazzi lis-Surmast, l-assistant Surmast John Zammit, lil Victor Borg, lil arkivista Ganni Psaila, lid-delegati tal-banda u lill-bandisti kollha tal-post li jahdmu halli jaraw l-banda taghna tkompli jzomm il-livell gholi li tgawdi.  Huwa minnu li l-banda hija l-pern tal-hajja tal-kazin taghna izda l-Kummissjonijiet l-ohra jigifieri tan-Nar, tal-Armar, tan-Nisa u taz-Zaghazagh huma ezzenzjali u l-hidma taghhom hija fundamentali halli flimkien b’koordinament shih nkomplu nzommu gholi l-isem tas-Socjeta Filarmonika l-Unjoni.  Madanakollu huwa ferm importanti li ilkoll kemm ahna nkunu konxji tar-responsabilajiet taghna u naraw li l-festa titgawda b’mod serju u dixxiplinat minghajr ebda eccessi li ma jaghmlu gieh la min jaghmilhom u wisq anqas lis-Socjeta taghna.

Grazzi finali jmur lil poplu kollu ta’Hal-Luqa u lil dawn in-nies kollha li jigu sabiex flimkien maghna jiccelebraw il-festa tal-patrun ghaziz taghna Sant Andrija ghaliex il-presenza taghhom u l-ghajnuna li jaghtu huwa ta’inkoraggiment kbir ghalina li nkomplu bil-hidma taghna.

Nawgura l-festa tajba lil kulhadd.

Viva s-Socjeta Filarmonika l-Unjoni.

Viva Sant’Andrija.

AVV. NOEL CAMILLERI LL.D.
PRESDIENT