Il-Festa Maghna.

Fi ftit gimghat ohra nkunu qeghdin niccelebraw il-festa tant ghaziza ghalina l-Haluqin u ghas-Socjeta Taghna. Tiskanta kif ftit ta’xhur ilu proprju fil-bidu ta’dina sena gie ffurmat kumitat gdid, li mill-ewwel kompla ghaddej bix-xoghol tieghu, sabiex l-impenji li jkollha s-Socjeta matul is-sena jkunu organizzati u koordinati kif jixraq. Fil-fatt ma nistax ma nirrimarkax li diga kellna diversi attivitajiet fosthom il-partecipazzjoni taghna fil-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, li ghal darba ohra giet trasmessa live fuq stazzjon tat-televizjoni u ghalhekk il-poplu Malti u Ghawdxi, li ma kienx presenti gewwa Hal-Luqa, seta jara bl-liema impenn u s-serjeta ippartecipat il-Banda taghna taht id-direzzjoni tas-Surmast Direttur il-Prof. Charles Zammit. Dan huwa mertu tieghu, tal-assistenti tieghu, tal-Kummissjoni Banda u tal-bandisti kollha b’mod partikolari tal-post li minkejja l-impenji personali taghhom jaghtu l-kontribut taghhom sabiex il-banda taghna tissahhah u titmexxa minna. Hekk ukoll il-banda ippartecipat fl-attiviatjiet ta’Jum Hal-Luqa u rrid nesprimi s-sodisfazzjon tieghi, li f’dina l-okkazzjoni, proprju fic-celebrazzjonijiet tal-375 sena minn mindu saret parrocca, hadu sehem iz-zewg baned. Bhal dejjem il-Banda Taghna qeghda thejji program verament impenjattiv kif fuq kollox hija rikonoxxuta taghmel imma fl-istess waqt sabih u li jiena konvint li ser jintlaqa tajjeb min dawk kollha presenti.

Imma ma nistax ma ngeddiex dawk il-mumenti verament sbieh tal-ewwel quddiesa pontifikali tal-Arcsiqof Joseph Spiteri li bhali huwa mwieled u mghammed f’Hal-Luqa. Kien xieraq li s-Socjeta Taghna turi l-ferh taghha f’dan l-avvemniment storiku u ghalhekk il-partecipazzjoni taghha kien wahda denja ta’dina l-okkazzjoni specjali.

Il-festa jgib maghha hafna xoghol u ezatt wara s-Seduta Generali li saret f’Jannar li, ghal darba ohra, irid nuri s-sodisfazzjon tieghi, kienet wahda verament posittiva mhux biss mil-lat tan-numru ta’membri li attendew izda aktar importanti mill-lat partecipattiv fejn kif dejjem shaqt li ssir kemm ilni President, kulhadd tkellem b’mod civili u esprima l-opinjoni tieghu u d-decizjonijiet li ttiehdu kienu juru s-sens ta’maturita u mhabba lejn dina s-Socjeta Taghna.

Irid nesprimi s-sodisfazzon tieghi ghal mod kif il-kumitat qieghed jahdem id f’id mall-kummissjonijet kollha sabiex naraw li jkollna festa kif jixraq lill qaddis u patrun taghna Sant Andrija. Meta jkun ghaddej dan ix-xoghol kollu mhux dejjem facli li taqbel f’kollox u ma kulhadd izda l-fatt li ta’kuljum jiena nara li ssiru diskussjonijiet sabiex naslu ghad-decizjonijiet li jkunu mhux biss ta’gid ghas-Socjeta imma ukoll ghall-festa proprja u finalment ghar-rahal kollu juri s-sens ta’maturita u impenn li ghandu kull wiehed u wahda mill-membri tas-Socjeta Taghna.  Ma nistax ma nghidx grazzi mill-qalb lil dawk kollha li verament jahdmu fl-interess tas-Socjeta.

Kienu xhur ta’hidma kontinwa sabiex jinghelbu certi diffikultajiet u problemi li konna qeghdin nirrinfaccaw imma kien proprju f’dawn il-mumenti li ghal darba ohra esperjenzjat l-ghaqda u l-kollettivita li jhaddnu l-membri veri tas-Socjeta li huwa rifless proprju fl-isem taghha dak tant mahbub ta’ “L-Unjoni”.

Ghall-festa ghandna program mimli ta’attivitajiet li jiena cert ser jkunu ta’success kemm mill-lat organizzattiv kif ukoll minn dak partecipattiv. Dina s-sena l-pern ta’dawn ic-celebrazzjonijiet ser jkunu t-tifkira tal-40 anniversarju mill-inawgurazzjoni tal-pjancier artistiku taghna u tkun okkazzjoni verament xierqa li nsellmu lil dawk il-persuni li hadmu sabiex sar dan ix-xoghol majjistuz li ghadu jsebbah il-pjazza principali ta’Hal-Luqa. Hemm tim ta’membri, fosthom element zghazugh li qeghdin jippreparaw ghal dakinhar, affarijiet li ser jixghelu r-rifletturi kemm fuq l-aspett storiku imma ukoll fuq dak celebrattiv.

Hekk ukoll qieghed jigi mhejji l-program tan-nar sabiex nikkonfermaw, jekk qatt kien hemm bzonn, tal-kapacita, imma aktar minn hekk tas-serjeta u diligenza li ghandhom il-membri fi hdan il-kummissjoni tan-nar sabiex jferrhu lil dawk kollha li jigu jaraw l-ispettaklu tan-nar b’mod partikolari dak tas-Sibt fil-ghaxija fil-marc tradizzjonali u tant mistenni tal-Anglu simbolu tal-glorja tal-patrun taghna Sant Andrija.

Dan l-impenn kontinwu huwa ukoll rifless kemm mill-kummissjoni tal-armar li qeghda tahdem bis-shih sabiex il-progett ambizzjuz li tkompli ssebbah u tarrikixxi Triq Sant Andrija jitesta halli wara jinbeda l-progett li jmiss. Dan kollu ma jistax ssir minghajr l-ghajuna kontinwa ta’hafna nies. Dina l-hidma kontinwa hija riflessa fuq ix-xoghol u l-ghajnuna kollha li jaghtu n-nisa membri fi hdan il-kazin taghna u z-zghazagh li kontinwament jahdmu sabiex jressqu aktar zghazagh serji u li jkunu lesti sabiex jidhlu ghall-impenn favur nies ohra. Dan kollu jawgura futur sabih ghas-Socjeta Taghna.

Ghalhekk irid nirringrazzja lill-kull min jimpenja ruhu b’imhabba sinciera lejn is-Socjeta Taghna. Imma rridu noqghodu kontinwament attenti sabiex naraw li nippartecipaw fil-festa b’mod korrett, dixxiplinat u skond id-direzzjoni tal-Kumitat Centrali. Nemmen li ghandna nahdmu ukoll sabiex jkun hemm element partecipattiv akbar fil-funzjonijiet religuzi sabiex hekk nkunu nistghu nuru aktar l-imhabba taghna lejn Sant Andrija.

Nawgura lill-membri u l-benefatturi taghna kollha l-festa tajba. Ejja halli flimkien niccelebraw festa b’mod onest, serju, dixxiplinat u b’spirtu kristjan li jkun verament jixbah dak li ghallimna l-patrun taghna Sant Andrija.


Avv. Noel Camilleri
President.






.